Skip to content

Websajts Korporattivi

Aċċessibilità

Aġġornat l-aħħar:

Unilever hija impenjata favur l-aċċessibilità, id-diversità u l-inklużjoni, flimkien ma’ approċċi sostenibbli għal kull waħda minn dawn il-kwistjonijiet importanti. Nemmnu li l-konsumaturi u l-klijenti kollha tagħna għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw is-sit web tagħna, u nistinkaw biex fl-istess ħin nipprovdu esperjenza tal-utent li hija viżwalment interessanti.

L-approċċ tagħna

Qegħdin fi vjaġġ biex nagħmlu l-kontenut u d-disinn aċċessibbli u inklużivi parti minn dak kollu li nagħmlu f’Unilever. Mod minnhom huwa billi nintegraw l-aċċessibilità mill-bidu nett biex l-akbar għadd possibbli ta’ nies ikunu jistgħu jużaw u jgawdu s-sit web tagħna. Għamilna passi kbar, imma nafu li dejjem hemm iktar x’nistgħu nagħmlu.

Bnejna s-sit tagħna biex ikun aċċessibbli bl-użu tat-teknoloġiji ta’ assistenza komuni u bil-modi differenti kif in-nies jaraw il-kontenut online. Pereżempju:

  • Żidna iktar punti ta’ riferiment għan-navigazzjoni f’paġni differenti biex l-utenti tal-qarrejja tal-iskrin ikunu jistgħu jifhmu u jużaw il-kontenut iktar malajr.
  • Inti tista’ tagħżel u taċċessa l-biċċa l-kbira tal-elementi interattivi billi tuża t-tastiera biss u t-teknoloġiji ta’ assistenza.
  • Neħħejna l-komponenti animati bħall-carousels, u inti tista’ twaqqaf kwalunkwe animazzjoni oħra bl-użu tal-buttuna play/pause.
  • Il-maġġoranza tal-istampi, għajr dawk li huma dekorattivi, għandhom test alternattiv. It-test alternattiv jipprovdi lill-utenti li għandhom vista batuta b’deskrizzjoni miktuba tal-istampa.
  • Ħafna mill-paġni web tagħna fihom kontenut tal-awdjo u tal-vidjo u, kull fejn ikun fattibbli, nipprovdu alternattiva bil-miktub fosthom bil-captions u bit-traskrizzjonijiet.
  • Il-kontenut kollu għandu l-istess skala fuq kompjuter desktop, tablet u mowbajl, u l-paġni web tagħna huma ottimizzati biex jużaw il-funzjonalità taż-zoom tal-brawżer.
  • Filwaqt li ma nistgħux nikkontrollaw il-kontenut u l-komponenti ta’ partijiet terzi, nagħmlu ħilitna kollha biex niżguraw li dawn ikunu aċċessibbli u faċli biex jintużaw.

Is-sit web tagħna kemm huwa aċċessibbli?

Dan is-sit ġie żviluppat f’konformità mal-Web Content Accessibility Guidelines (WCAG) Verżjoni 2.1 Livell AA, u niċċekkjaw is-sit il-ħin kollu biex intejbu l-aċċessibilità u niffaċilitaw l-użu. Id-WCAG huma linji gwida maqbula internazzjonalment dwar kif il-kontenut diġitali jista’ jsir iktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

Bħalissa fuqiex qed naħdmu?

Inqisu l-aċċessibilità u l-vjaġġ tal-utent fl-istadju tad-disinn, u mbagħad nirrieżaminaw il-pjanijiet tagħna mal-esperti tal-aċċessibilità biex niżguraw li nużaw l-aħjar prattika biex nagħmlu s-sit tagħna faċli kemm jista’ jkun biex jintuża. Kull meta nżidu xi funzjonalità ġdida, nittestjawha sew biex niżguraw li tista’ tiġi aċċessata bl-użu tat-teknoloġiji ta’ assistenza. Integrajna wkoll l-ittestjar tal-aċċessibilità fil-proċess tal-iżvilupp u tal-assigurazzjoni tal-kwalità tas-sit.

Aħna konxji li għad baqa’ xi sfidi fir-rigward tal-aċċessibilità u qed naħdmu biex neliminawhom. Pereżempju:

  • Nafu li l-PDFs tagħna mhux kollha huma aċċessibbli b’mod sħiħ. Qed naħdmu biex niżguraw li dawk li hemm bħalissa fuq is-sit ikunu disponibbli f’format aċċessibbli u għandna l-għan li niżguraw li l-PDFs il-ġodda kollha jkunu konformi.
  • Il-maġġoranza tal-vidjos li nużaw fuq is-sit, għandhom sottotitoli hardcoded u/jew captions magħluqa. Fejn dan mhuwiex il-każ qed naħdmu biex nivverifikaw u naġġornaw kwalunkwe vidjo.

Għajnuna fl-aċċessibilità

Jekk b’xi mod qed ikollok xi diffikultà biex tuża s-sit web tagħna, jekk jogħġbok għarrafna billi timla l-formola tal-kuntatt tagħna u tagħżel l-għażla dropdown “Feedback dwar l-aċċessibilità”. Din tinstab ukoll fil-formola tal-kuntatt tagħna li tinsab fuq il-paġna “ikkuntattjana” tagħna.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek ukoll jekk ikollok xi kummenti jew suġġerimenti dwar kif nistgħu ntejbu l-esperjenza tiegħek.

Aħna nimmiraw li nwieġbu l-mistoqsijiet kollha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.

Back to top